Premjazzjoni - Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2015  10/12/2015
Premjazzjoni - Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ 2015

Nhar il-Ħamis 11 ta’ Frar, waqt ċerimonja ta’ premjazzjoni li ser issir fil-Youth Village, Aġenzija Żgħażagħ, St. Venera ser jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħazagħ 2015. Fl-istess attivita’ se jiġi mniehdi wkoll il-Konkors 2016.

Din il-kompetizzjoni hija miftuħa għal awturi li għandhom ‘il fuq minn 20 sena, tiġi organizzata kull sena mill-Aġenzija Żgħażagħ flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. L-għan tal-Konkors huwa li jintgħażlu, jiġu ppremjati u ppublikati rumanzi bil-Malti miktubin apposta għaż-żgħażagħ adolexxenti; rumanzi li jesploraw id-dinja taż-żgħażagħ adolexxenti tal-lum b’dak kollu li din il-fażi tal-ħajja ġġib magħha.

Żgħażagħ interessati fil-kitba bil-Malti li jixtiequ jattendu din l-attivita’ jistgħu jikkuntattjawna għal aktar dettalji. Kull min iħobb il-letteratura Maltija dalwaqt ser igawdi minn għażla ta’ żewġ kotba oħra bil-Malti. Nistennew u naraw liem ser ikunu!