Azzjoni b'Missjoni @ Mqabba  24/07/2018
Azzjoni b'Missjoni @ Mqabba

Il-missjoni tal-Kunsill Lokali Żgħażagħ Mqabba kienet l-implimentazzjoni ta’ proġett li kisbu fondu għalih minn Aġenzija Żgħażagħ fejn l-azzjoni kienet l-istallazzjoni ta’ outdoor gym ġewwa wieħed mill-ġonna pubblici li hemm fl-Imqabba sabiex r-residenti kollha ta’ dan ir-raħal ikunu jistgħu jibbenefikaw minnu.

Il-proġett ġie inawgurat miż-żgħażagħ fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Żgħażagħ, kif ukoll diversi mistednin distinti oħra. Tqassam ukoll fuljett f’kull dar fl-Imqabba li kien jinkludi stedina biex kulħadd jibda juża dan l-apparat, kif ukoll xi eżerċizzji u riċetti għal min jixtieq jaddotta stil ta’ ħajja aktar san. Tħawwlu wkoll 6 siġriet għall-okkażjoni.