L-esperjenzi tagħna  18/03/2019
L-esperjenzi tagħna

Inħossni tajjeb ħafna meta nkun ma’ tal-Youth hub. Inkun ferħan.” (Hogen Hassan)

Bħalissa madwar 25 żgħażagħ qed jattendu ż-żewġ gruppi fil-Youth hub tal-Aġenzija Żgħażagħ f’Santa Venera. F’ambjent li joffri spazju sabiex iż-żgħażagħ iħossuhom komdi, jikkreaw attivitajiet li fihom jieħdu pjaċir filwaqt li jitgħallmu; dawn il-youth hubs jilqgħu żgħazagħ b’xi tip ta’ diżabililta minn 16-il sena ‘l fuq.

Xi attivitajiet li jiġu organizzati jinkludu diskussjonijet, tisjir, krafts, ħrug, parties u sessjonijiet edukattivi. Topiks diversi jinkludu kif tieħu ħsieb tiegħek innifsek, kif tkun aktar indipendenti, dwar relazzjonijiet intimi u sigurta f’kuntesti differenti. Il-grupp, li f’April 2019 se jagħlaq sentejn mill-bidu tiegħu, qed jiltaqa f’żewġ gruppi: nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ħamis mill-5pm sas-7pm.

Għandni ċ-ċans li nuri minn jien. U tgħallimt ħafna. Inħossni eċitata kull darba li mmur il-grupp.” (Rose Bonello)

Min jixtieq aktar informazzjoni jista’ jċempel lil Margaret fuq 99787273.