Karma Red - Ir-rebbieh ta' Konkors Kitba Letteratura ghaz-Zghazagh  28/03/2019
Karma Red - Ir-rebbieh ta' Konkors Kitba Letteratura ghaz-Zghazagh

 

Karma Red huwa titlu ta’ ktieb li dalwaqt jiżdied mal-għażla dejjem tikber ta’ kotba mmirati għal teenagers, grazzi ghall-Konkors Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ. 

Ta’ kull sena, dan il-konkors jippremja manuskritt rebbieħ billi joffri premju finanzjarju lill-awtur, kif ukoll billi jiffinanzja l-pubblikazjoni tal-manuskritt. L-awtur rebbieħ ta’ din is-sena huwa Mark A. Calleja, li rċieva t-trofew, ic-ċertifikat u ċ-ċekk ta’ Eur 1000, waqt ċerimonja qasira li saret waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus li qed isir dal-ġranet fil-kwadranglu tal-Universita’ ta’ Malta. Il-Konkors huwa kollaborazzjoni bejn Agenzija Zghazagh u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.