Iz-zunzana tiltaqa ma' kulturi differenti  04/04/2019
Iz-zunzana tiltaqa ma' kulturi differenti

L-ewwel programm mis-sensiela ‘Iż-Żunżana’ kien imtella’ nhar is-Sibt 30 ta’ April ġewwa l-Każin Banda 12th May Ħaz-Zebbuġ bis-sehem ta’ musiċisti Żgħażagħ mill-ħames soċjetajiet mużikali msieħba f’dan il-proġett: San Leonardo ta' Kirkop, Sagra Familija tal-Kalkara, Banda Vittorja tan-Naxxar, Santa Marija tal-Qrendi u 12th May ta' Ħaż-Żebbuġ.

Matul dan il-programm, il-mużiċisti żgħażagħ kellhom iċ-ċans li jiltaqgħu u jsiru jafu aktar mill-qrib lil Kaptan Jonathan Borg, u l-mixja tul il-karriera tiegħu fil-qasam mużikali.Il-proġett Iż-Żunżana qiegħed jittella’ bis-sapport tal-fondi tal-Aġenzija Żgħażagħ taħt l-iskema B ‘It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda’.