Ghanj'Ghalik - Applikazzjonijiet Miftuha  29/05/2019
Ghanj'Ghalik - Applikazzjonijiet Miftuha

Għanj’Għalik huwa programm, ideat u maħluq mill-Aġenzija Żgħażagħ, flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu. Il-programm jifforma parti minn portafoll wiesgħa ta’ skemi u inizjattivi bl-għan li jagħtu aktar spazju liż-żgħażagħ sabiex ikunu attivi u jsemmgħu leħinhom fis-soċjeta Maltija. Għanj’Għalik huwa marbut mal-implimentazzjoni tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ lejn l-2020 b’enfasi fuq l-iżvilupp ta’ aktar spazji li jagħtu liż-żgħażagħ l-opportunita’ biex isaħħu l-ħiliet artistiċi tagħhom filwaqt li tkun promossa l-parteċipazzjoni attiva tagħhom f’avvenimenti kulturali.

Dan il-programm għandu l-għan li jkun sors ta’ ispirazzjoni u inkoraġġiment għaż-żgħażagħ sabiex jesprimu ruħhom permezz tal-kanzunetta Maltija kif ukoll ta’ pjattaforma għal talent żagħżugħ promettenti fil-qasam tal-kanzunetta Maltija. Il-programm għandu wkoll l-iskop li jinvesti fit-tkabbir tat-talent żagħżugħ fil-kitba u l-iżvilupp tal-kanzunetta Maltija.

Għanj’Għalik huwa programm maħsub għal studenti minn skejjel medji u sekondarji (year 7 sa year 11) li ġejjin minn diversi istituzzjonijiet edukattivi sabiex jiżviluppaw il-qafas tal-lirika u kompożizzjoni ta’ kanzunetta bil-Malti. Il-programm huwa miftuħ għall-individwi kif ukoll gruppi ta’ studenti.

Aktar informazzjoni dwar Għanj’Għalik tinsab fil-linji gwida. Tista’ taccessa l-formola tan-nominazjoni hawn.

In-nominazzjoni, flimkien mal-annessi tagħha, għandha tasal 'Aġenzija Żgħażagħ', Triq il-Kbira San Gużepp,  St Venera Sal-30 ta’ Ġunju 2019.

L-applikazzjoni għandha tasal b’imejl lill-Ms Ylenia Spiteri ylenia.spiteri@gov.mt

Applikazzjonijiet li jidħlu wara l-iskadenza speċifikata hawn fuq ma jiġux aċċettati. Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntattjaw lil Maria C. Borġ, fi ħdan l-Aġenzija Żgħażagħ, fuq: agenzija.zghazagh@gov.mt jew 22586700.